|
Ġużè
Cassar Pullicino
(1921-2005)
twieled
Birkirkara fil-21 ta’ Settembru 1921 u daħal fis-servizz Ċivili fl-1940 u
irtira bħala Direttur fil-Ministeru ta’ l-Industrija fl-1979. Għamel żmien
bħala biblijotekarju fil-Fakultà tat-Teoloġija (Fondazzjoni ta’ l-Istudji
Teoloġiċi). Kien ingħata scholarship mill-British Council
għat-tagħriÍ bħala biblijotekarju f’Leeds u Londra (1950); inħatar
Associate of the Library Association (1952); membru ta’ l-Akkademja
tal-Malti u membru tal-Kunsill tagħha (1942-45) u ta’ l-Għaqda tal-Malti
(Università); Assistent Editur tal-Melita Historica (1952-61); u tal-Maltese
Folklore Review (1962-73). Kien ukoll President Onorarju tal-Għaqda
tal-Folklor 1965-); membru tal-Kunsill ta’ Din l-Art Ħelwa (1965-67); tal-Folklore
Society ta’ Londra (1962-), u ta’ l-International Society for
Folk-Narrative Research ta’ Pariġi (1962-). Ħa sehem u qara studji
f’diversi kungressi internazzjonali f’Malta, Kiel, Copenhagen, Katanja,
Ġirba (it-Tuneżija) u l-Kanada.
Kien
mogħti l-midalja tal-Meritu tal-Fidda mill-Konfederazzjoni tal-Kunsilli
Ċiviċi (1970); rebaħ il-Malta Government Prize għall-aħjar ktieb
maħruġ fl-1974; il-Premju Letterarju għal xogħol oriġinali ta’ riċerka dwar
Ġużè Muscat Azzopardi (1978); il-Malta Literary Award (1979); il-Premio
Città di Valleta (1989); mogħti l-Grad ta’ Master of Philosophy (Hon.
Causa) mill-Università ta’ Malta (1993), u mogħti l-Midalja għall-Qadi
tar-Repubblika ta’ Malta (1993).
Ġużè Cassar Pullicino, meqjus bħala studjuż ewlieni dwar
il-folklor u l-kitba tal-Malti għandu diversi pubblikazzjonijiet f’dan
ir-rigward. Huwa l-awtur ta’ Kelma Waħa Biss 1971); Aquilina u
l-Malti (1974); Ġużè Muscat Azzopardi: Studji (1991); Kitba u
Kittieba tal-Malti – tliet kotba (1962-64); Dun Karm: tagħrif ġdid u
noti
kritiċi
(1985); Poeżiji ta’ Ġorġ Zammit: noti kritiċi (1985); Ġużè
Ellul Mercer: il-kitbiet migbura, l-ewwel ktieb(1985); Malta
fis-Seklu Tmintax: xi djarji Maltin ta’ l-Imgħoddi (1981); An
Introduction to Maltese Folklore (1947); Ħaġa Moħġaġa 1-4
(1957-59); Il-Folklor Malti (1960); Stejjer ta’ Niesna (1962);
Il-Bennejja tal-Folklor Malti (1964); Studies in Maltese Folklore
(1976); Skunġrar u Orazzjoni fil-Poeżija Popolari Reliġjuża f’Malta
(1981); Studji di tradizioni popolari maltesi (1989); L-Imgħoddi
tal-Ġens Tagħna: Bejn Storja u Folklor (1990); Ħżuż Manwel Magri:
Ktieb tan-Notamenti dwar il-Folklor Malti (1991); Kitba bil-Malti sa
l-1870 (2001) u Kitbiet Oħra tas-Seklu Dsatax (2002) u Ħaġa
Moħġaġa u Taħbil il-Moħħ Ieħor (2003).
|