Il-Poeżiji fil-Livell Avvanzat

 

Is-sillabu tal-Matrikola jistabbilixxi temi ġenerali biss; ma jindikax liema poeżiji għandhom jistudjaw l-istudenti mill-ktieb Il-Poeżija Maltija. Dawn li ġejjin huma l-poeżiji li jagħmlu wħud mil-lekċerers fid-Dipartiment tal-Malti tal-Kulleġġ Universitarju Ġan Franġisk Abela. Biex tara l-lista tal-poeżiji tal-grupp tiegħek tkellem ma' min qed jgħallmek.

 

Fl-ewwel sena ssir il-poeżija romantika, miktuba qabel l-Indipendenza (imsejħa wkoll tal-ewwel nofs tas-seklu għoxrin).

 

Ara l-lista tas-Sur David Calleja (romantiċi)

 

 

 

Fit-tieni sena ssir il-poeżija moderna, miktuba wara l-Indipendenza (imsejħa wkoll tat-tieni nofs tas-seklu għoxrin).

 

Ara l-lista tas-Sur David Calleja (moderni) 

Ara l-lista ta' Dr. Bernard Micallef (moderni)