|

Għall-kwotazzjonijiet li jidhru hawn taħt u biex twieġeb dawn
il-mistoqsjiet, ara l-artiklu ta’ Oliver Friggieri, “Spunti għal Stħarriġ
Tematiku ta’ Taħt Tliet Saltniet fil-ktieb Saġġi Kritiċi
(Malta: Aquilina, 1979) jew L-Istudji Kritiċi Miġbura (Malta:
L-Università ta’ Malta, 1995) |
|
|
-
Skond Oliver Friggieri, fir-rumanz Taħt
Tliet Saltniet,
“it-tellieqa twassal għar-rebha,
it-tbatija tissarraf fi glorja, u l-impressjoni ġenerali hi ta’ rumanz
storiku rebbieħ.”
Taqbel?
-
Iż-żewġ
interessi ewlenin li nsibu fir-rumanz Taħt
Tliet Saltniet
huma l-mottiv politiku u l-mottiv soċjo-morali. Kemm taħseb
li dawn iż-żewġ mottivi jidħlu
f’xulxin fil-karattru ta’ Alessandru Habela u fir-rumanz kollu kemm hu?
-
Aquilina jinqeda b’ghadd ta’ karattri ċatti biex itella’
fil-wiċċ il-kultura u l-identità Maltija fl-isfond ta’ tliet saltniet
differenti. Iddiskuti.
-
Skond Oliver Friggieri, f’Taħt Tliet Saltniet
jalternaw “il-passaġġi ta’ rakkont, deskrizzjoni u kummenti ideoloġiku.”
Iddiskuti.
-
F’Alessandru Habela, u sa ċertu punt f’Ġanni u Mikiel Anton
Vassalli, Aquilina jqiegħed
l-aspirazzjonijiet tiegħu
għal
Malta
tal-preżent u tal-futur. Dan jagħmlu
billi, fost l-oħrajn,
jidealizza lil dawn it-tliet persunaġġi u jippreżentahom bħala
eroj. Taqbel?
-
Bħal
f’kull rumanz storiku Malti ieħor, Aquilina jibni żewġ plots fir-rumanz tiegħu
Taħt
Tliet Saltniet.
Fisser din l-istruttura u għid
jekk taħsibx
li ż-żewġ nisġiet jingħaqdu
fi plot wieħed.
-
F’Taħt
Tliet Saltniet
Aquilina jidealizza l-ħajja
rurali u jaraha bħala
l-qalba ta’ l-identità kulturali Maltija. Għalih
in-nies tal-kampanja huma nies sewwa, bieżla, qalbiena, reliġjużi,
kelliema ta’ Malti tajjeb, u viċin tan-natura. Kif joħroġ Aquilina lill-Maltin tal-
kampanja fir-rumanz?
Adrian Grima
17.11.04
|
|