TUTORIALS | 2006-07


TUTORIAL TA’ L-EWWEL SENA

Mit-Tnejn 7 ta’ Mejju sal-Ġimgħa 11 ta’ Mejju 2007

• Dawk l-istudenti li għamlu l-esej tal-Bilingwiżmu, issa jagħmlu l-esej dwar IL-GAĠĠA.
• Dawk li għamlu l-esej dwar IL-GAĠĠA, issa jagħmlu l-esej dwar il-Bilingwiżmu.
  1. Il-Bilingwiżmu f’Malta huwa ħtieġa li dejjem kienet hawn u li issa qed tikber. Taqbel ma’ dan? Għaliex?

  2. Ikkummenta dwar x'wassal lil Fredu Gambin jitlaq minn pajjiżu u agħti l-fehma tiegħek dwar kemm din id-deċiżjoni kienet għaqlija.


TUTORIAL TA’ L-EWWEL SENA

Mit-Tnejn 14 ta’ Mejju sal-Ġimgħa 18 ta’ Mejju 2007

Fil-Poeżija ta’ l-Ewwel Nofs tas-Seklu Għoxrin niltaqgħu ma’ poeti li sabu tifsira għat-tiġrib tal-ħajja billi rrikorrew lejn it-twemmin reliġjuż tagħhom. Uri kemm dan hu minnu filwaqt li tara li dak li tikteb jissaħħaħ b’referenzi għax-xogħlijiet li ltqajt magħhom.


TUTORIAL TA’ L-EWWEL SENA

Mit-Tnejn 21 ta’ Mejju sal-Ġimgħa 25 ta’ Mejju 2007

Ara x’diffikultajiet għandek dwar ix-xogħol li studjajt matul is-sena u ddiskutihom waqt dan it-tutorjal ta’ l-aħħar.


TUTORIAL TA’ L-EWWEL SENA

Mit-Tnejn 30 ta’April sal-Ġimgħa 4 ta’ Mejju


Agħżel

  1. Il-Bilingwiżmu f’Malta huwa ħtieġa li dejjem kienet hawn u li issa qed tikber. Taqbel ma’ dan? Għaliex?

  2. Ikkummenta dwar x'wassal lil Fredu Gambin jitlaq minn pajjiżu u agħti l-fehma tiegħek dwar kemm din id-deċiżjoni kienet għaqlija.


TUTORIAL TA’ L-EWWEL SENA

Mit-Tnejn 23 ta’ April sal-Ġimgħa 27 ta’ April

 

Agħżel

  1. Ikteb ittra lill-Editur tal-gazzetta Il-Kurjuża biex turi l-fehma tiegħek rigward il-problema dejjem tikber ta’ ambjent li qed jiġi sfruttat b’mod irresponsabbli minn uħud li l-kuxjenza tagħhom hija mmexxija mill-akkwist tal-flus biss.  Saħħaħ l-argument tiegħek billi tagħmel referenza għal xi eżempji attwali.

  2. Qed jitqanqlu diversi diskussjonijiet dwar aspetti ta’ natura soċjali – bħal, ngħidu aħna, divorzju, ewtenasja, żwiġijiet imħallta eċċ. – li qed jolqtu lis-soċjeta’ Maltija.  Xi wħud iħossu li dawn id-diskussjonijiet qed isiru wisq fil-miftuħ.  Oħrajn isostnu li huwa t-tberriħ ta’ dawn is-suġġetti delikati li jgħin biex wieħed jifhem aħjar il-problemi u li b’hekk naslu aktar biex nkunu nistgħu, forsi, insibu soluzzjonijiet mixtieqa.  Int ma’ liema fehma taqbel?  U għaliex?  Agħti dil-fehma f’għamla ta’ ittra.  


Nota speċjali għall-istudenti tat-tieni sena


Fadal ftit ġimgħat għall-eżami li jgħinkom tfasslu l-futur tagħkom. Il-ħin tat-tutorials li fadal, jiġifieri fil-ġimgħa ta’ bejn is-26 ta’ Marzu u t-30 ta’ Marzu kif ukoll fil-ġimgħa ta’ bejn is-16 t’April u l-20 t’April, se jintuża għal diffikultajiet li għandkom fit-tliet karti ta’ l-eżami. Għalhekk użawhom tajjeb.

Nawguralkom.

Is-Sur Salvu Seisun

Kap tad-Dipartiment tal-Malti

 


TUTORIAL TA’ L-EWWEL SENA

Mit-Tnejn 16 ta’ April sal-Ġimgħa 20 ta’
April

 

Agħżel bejn:

 

a. Irrakkonta: "Ħarist madwari u li rajt..."

 

b. Festi, programmi popolari, kunċerti eċċ. U l-poplu għandu fiex u biex jedha. X'taħseb dwar dan?


 

TUTORIAL TA’ L-EWWEL SENA

Mit-Tnejn 26 ta’ Marzu sal-Ġimgħa 30 ta’ Marzu

Agħżel bejn:

a. Il-poeta Romantiku jgħaddi minn esperjenzi li jġagħluh ibati. Dat-tiġrib isib l-iżvog tiegħu fl-espressjoni poetika. Iddiskuti b’referenzi għax-xogħlijiet li studjajt.

b. Kif iħarsu lejn in-natura il-poeti li studjajt taħt din it-tema?
 

 

TUTORIAL TAT-TIENI SENA

Mit-Tlieta 20 ta’ Marzu sal-Ġimgħa 23 ta’ Marzu 2007

Il-binja tas-sentenza. Agħti tagħrif dwar l-istruttura sintattika tas-sentenza fil-Malti. Saħħaħ dejjem b’eżempji mill-Malti miktub u mitħaddet illum.
 


TUTORIAL TA’ L-EWWEL SENA

Mit-Tlieta 20 ta’ Marzu sal-Ġimgħa 23 ta’ Marzu 2007

Uri kif permezz ta’ l-addattabilita` u l-flessibilita` ta’ lsienna seħħ it-taħlit ta’ l-element semitiku ma’ dak rumanz
 


TUTORIAL TAT-TIENI SENA

Mit-Tnejn 12 ta’ Marzu sal-Ġimgħa 16 ta’ Marzu 2007

Agħżel

1. Għal Francis Ebejer Ġaħan għandu diversi għanijiet fid-dramm. Liema taħseb li huma l-aktar ewlenin? Dejjem saħħaħ dak li tikteb billi tirreferi għat-test.

JEW

2. Meta għall-aħħar tad-dramm Ġaħan jindirizza lill-udjenza jgħid hekk dwar Richard: "Dan għaraf jaqbad tarf ir-ruħ Maltija, kollha kemm hi u mhux biċċa minnha biss." Taqbel ma’ dan il-ġudizzju? Saħħaħ dejjem b’referenza għat-test.
 


TUTORIAL TA’ L-EWWEL SENA

Mit-Tnejn 12 ta’ Marzu sal-Ġimgħa 16 ta’ Marzu 2006

Agħżel

F’intervista li saritlu Lino Spiteri jgħid hekk: "Inebbħuni n-nies tad-demm u l-laħam, nies li tlajt minnhom jien jew li ltqajt magħhom fil-firxa tal-ħajja tiegħi." Min-novelli li għaddejt s’issa, uri kemm il-karattri li ltqajt magħhom jistgħu jitqiesu bħala nies tad-demm u l-laħam.

JEW

Ikteb dwar il-karattri femminili li jidhru fin-novelli ta’ Lino Spiteri li studjajt.


TUTORIAL TAT-TIENI SENA

Mit-TNEJN 5 ta’ Marzu sal-ĠIMGĦA 9 ta’ Marzu 2007

“Is-sens qawwi ta’ iżolament [...] hu mogħti mill-ġdid dimensjonijiet mhux biss personali iżda universali.” Ikkummenta dwar dan mill-poeżiji li studjajt magħrufa bħala tat-Tieni Nofs tas-Seklu Għoxrin.

 

TUTORIAL TA' L-EWWEL SENA

Mit-TNEJN 5 ta’ Marzu sal-ĠIMGĦA 9 ta’ Marzu 2007


Agħmel analiżi kritika ta’ "Lil Ritratt Tiegħi ta’ Tfuliti" ta’ Ġorġ Zammit (Il-Poeżija Maltija, p. 152)
 


TUTORIAL TA’ L-EWWEL SENA

Mit-Tnejn 19 ta’ Frar sal-Ġimgħa 23 ta’ Frar 2007

Agħmel analiżi kritika tal-poeżija “Xejn Ħlief...” ta’ Marjanu Vella minn Il-Poeżija Maltija p. 234


TUTORIAL TAT- TIENI SENA

Mit- Tnejn 19 ta’ Frar sal-Ġimgħa 23 ta’ Frar 2007

Agħmel analiżi kritika ta’ “Malli wasalt Londra ... Tkażat bina lkoll.”

Min-novella “Daħk” meħuda minn Ħala taż-Żgħożija ta’ Lino Spiteri p. 108-110

 

TUTORIAL TA’ L-1 SENA

Mit-Tnejn 12 ta’ Frar sal-Ġimgħa 16 ta’ Frar 2007

“... l-uniku lsien Semitku fl-Ewropa ...” (Ġ. Farrugia). Uri b’eżempji ħajjin mill-Malti mitħaddet u miktub kemm l-element Semitiku fil-Malti għandu sehem ewlieni minn ilsienna.

 

 

TUTORIAL TAT-TIENI SENA

Mit-Tnejn 12 ta’ Frar sal-Ġimgħa 16 ta’ Frar 2007

Agħżel

1. Minkejja li nkitbet fl-era teknoloġika, il-poeżija moderna f’Malta baqgħet titkellem b’termini nsara tradizzjonali. Ikkummenta.

Jew

2. Il-poeżija tat-tieni nofs tas-Seklu Għoxrin turi kemm il-vjaġġ lejn Alla huwa diffiċli u mimli qtigħ il-qalb. Ikkummenta u saħħaħ dejjem dak li tikteb b’referenzi kontinwi għax-xogħlijiet li studjajt taħt din it-tema.


TUTORIAL TA’ L-1 SENA

Mit-Tnejn 6 ta’ Frar sal-Ġimgħa 10 ta’ Frar 2007

Lingwistika

“ ... l-uniku lsien Semitku fl-Ewropa ...” (Ġ. Farrugia). Uri b’eżempji ħajjin mill-Malti mitħaddet u miktub kemm l-element Semitiku fil-Malti għandu sehem ewlieni minn ilsienna.

Jew

Mhuwiex faċli li tgħix hieni. Veru jew le? Għaliex?


TUTORIAL TAT-2 SENA

Mit-Tnejn 6 ta’ Frar sal-Ġimgħa 10 ta’ Frar 2007

Qassar f’madwar 150 kelma dan li ġej:

“Hemm bosta elementi ... is-sens tas-sabiħ.” Dis-silta hija meħuda minn "L-Istorja taċ-Ċiviltà Maltija" ta’ Ġuż
è Aquilina.*

*
Tista' ġġib kopja mingħand l-Agenda Bookshop fil-Kulleġġ stess
 


TUTORIAL TA’ L-1 SENA

Mit-Tnejn 29 ta’ Jannar sal-Ġimgħa 3 ta’ Frar 2007

Agħmel analiżi tal-poeżija "Bjuda" ta' Dun Karm li tinsab f’pġ. 74 ta’ Il-Poeżija Maltija


TUTORIAL TAT-2 SENA

Mit-Tnejn 29 ta’ Jannar sal-Ġimgħa 3 ta’ Frar 2007

Bħalissa l-Parlament Malti qed jiddiskuti liġi li tirregola l-qasam tal-volontarjat. X’taħseb li għandhom ikunu d-drittijiet u d-dmirijiet ta’ l-għaqdiet mhux governattivi (NGOs)? Irfed l-argumenti tiegħek b’eżempji minn għaqdiet Maltin u barranin impenjati f’oqsma differenti.


TUTORIAL TAT-2 SENA

Mit-Tnejn 22 ta’ Jannar sal-Ġimgħa 26 ta’ Jannar 2007

LINGWISTIKA:

Matul iż-żmien għadd ta’ kliem bidel ir-referenza (sens) b’mod jew ieħor. X’inhuma r-raġunijiet ta’ dan it-tibdil u kif seħħ?

JEW

Fl-iżvilupp fis-sens magħruf bħala Trasferiment insibu dak Metaforiku u dak Metonimiku. Agħti t-tifsira ta’ dawn it-termini u, permezz ta’ eżempji mill-Malti ta’ żmienna, uri d-differenza bejniethom.
 


TUTORIAL TA’ L-1 SENA

Mit-Tnejn 22 ta’ Jannar sal-Ġimgħa 26 ta’ Jannar 2007

Fil-ħajja sikwit nħabbtu wiċċna ma’ għażliet li jkollna nagħmlu. X’inhuma l-għażliet ewlenin li għandhom iż-żgħażagħ illum?


TUTORIAL TAT-2 SENA

Mit-Tnejn il-15 ta’ Jannar sal-Ġimgħa d-19 ta’ Jannar 2007

Jidher li l-festini ta’ l-Aħħar tas-Sena li għalihom jattendu ż-żgħażagħ bi ħġarhom qegħdin jiddiżappuntaw bi kbir. Uri l-fehma tiegħek – taqbel jew ma taqbilx - dwar dan billi tikteb ittra f’ġurnal li fiha turi mill-esperjenza personali jew minn dak li smajt li għadda minnu ħaddieħor kemm hu minnu dan. Issuġġerixxi wkoll x’jista’ jsir aħjar.
 


TUTORIAL TA’ l-1 SENA

Mit-Tnejn il-15 ta’ Jannar sal-Ġimgħa d-19 ta’ Jannar 2007

Il-poeżija Romantika turi kif il-poeti Maltin iħarsu lejn ġrajjiet pajjiżhom u lejn dak kollu li jagħmilhom Maltin denji ta’ l-isem.


TUTORIAL TAT-2 SENA

 

Mit-Tnejn 8 ta’ Jannar sal-Ġimgħa 12 ta’ Jannar 2007

 

Agħmel analiżi ta’ "In-Namra tan-Ngħas" ta' Albert Marshall li tinsab f’p. 408 ta' l-antoloġija Il-Poeżija Maltija.

 

 

TUTORIAL TA’ L-1 SENA

 

Mit-Tnejn 8 ta’ Jannar sal-Ġimgħa 12 ta’ Jannar 2007

 

Agħżel waħda minn dawn it-temi u uri s-sehem tagħha fin-novella "Ħala taż-Żgħożija" ta' Lino Spiteri:

  • It-tema tax-xogħol

  • In-nuqqas ta’ djalogu

  • Ir-relazzjoni raġel-mara

Jew

 

“Kien x’kien it-toqol li kellu f’moħħu, kien xoroblu żgħożitu u kabbru ħin bla waqt.” ("Ħala taż-Żgħożija" u Stejjer Oħra, p. 68). Agħmel il-kummenti tiegħek dwar din il-kwotazzjoni biex turi l-importanza ta’ din l-istqarrija.


TUTORIAL TA’ L-1 SENA

Mit-Tnejn il-11 ta’ Diċembru sal-Ġimgħa l-15 ta’ Diċembru 2006

“Mitlufin kif kienu fuq il-kompjuter ma semgħux ...” Kompli dar-rakkont.
 


TUTORIAL TA’ L-1 SENA

Mit-Tnejn it-18 ta’ Diċembru sal-Ġimgħa t-22 ta’ Diċembru 2006

L-isbaħ tliet rigali li qatt tista’ tagħti.



TUTORIAL TAT-2 SENA

Mit-Tnejn il-11 ta’ Diċembru sal-Ġimgħa l-15 ta’ Diċembru 2006

Skond Paul Xuereb fil-każ tad-dramm Ir-rewwixta tal-qassisin “l-impressjoni li għandha tibqa’ hi dik ta’ tama f’ġenerazzjoni ġdida li xebgħet mill-piki u mill-ġjufija tal-ġenerazzjoni ta’ qabilha”


TUTORIAL TAT-2 SENA


Mit-Tnejn it-18 ta’ Diċembru sal-Ġimgħa t-22 ta’ Diċembru 2006

Il-kant u l-kantanti f’Malta. X’futur għandhom?
 


TUTORIAL TA’ L-1 SENA

Mit-Tnejn l-4 ta’ Diċembru sal-Ħamis, 7 ta’ Diċembru, 2006

Il-karriera hija l-għan ewlieni ta’ l-istudju. Taqbel?

jew

Fil-qari nsib/ma nsibx skop.



TUTORIAL TAT-2 SENA

Mit-Tnejn l-4 ta’ Diċembru sal-Ġimgħa 7 ta’ Diċembru 2006

Kif nistgħu nidentifikaw u niddefinixxu l-bilingwiżmu? X’benefiċċji ewlenin għandu dan il-fattur lingwistiku għall-komunità li tħaddmu? Wieġeb dejjem b’referenza għall-qagħda f’Malta.

 


TUTORIAL TA’ L-1 SENA

Mit-Tnejn 27 ta’ Novembru sal-Ġimgħa l-1 ta’ Diċembru

Ikteb ittra lill-Editur tal-gazzetta L-GĦARFA biex turi l-fehma tiegħek dwar kif it-televixin qiegħed jinfluwenza lill-Maltin fil-mod ta’ l-għajxien tagħhom. Dan ma jirreferix biss għad-dehra ta’ barra imma għat-tiswir ta’ ideat u mod ta’ ħsieb.


TUTORIAL TAT-2 SENA

Mit-Tnejn 27 ta’ Novembru sal-Ġimgħa l-1 ta’ Diċembru

Ikteb ittra lill-Editur tal-gazzetta L-GĦARFA biex turi l-fehma tiegħek dwar il-ġbir ta’ flus għal diversi għanijiet speċjalment issa li riesaq il-Milied.
 


TUTORIAL TAT-2 SENA

Mit-Tnejn 13 ta’ Novembru sal-Ġimgħa 17 ta’ Novembru 2006

Taqsira – "L-Għana: Bejn il-Folklor u l-Ħabi" ta’ Paul Sant Cassia, p. 86-87
Minn “Għalkemm ma nistgħu ... huma “l-Għarab” lokali.” Qassar f’madwar 120 kelma.
 



TUTORIAL TA’ L-1 SENA

Mit-Tnejn 13 ta’ Novembru sal-Ġimgħa 17 ta’ Novembru 2006

Agħżel 5 minn dawn iċ-ċirkostanzi u ibgħat SMS

  • Tixtieq tagħmel appuntament ma’ xi ħadd

  • Titlob l-għajnuna minħabba xi inċident li int involut/a fih

  • Tibgħat awguri għal xi okkażjoni

  • Tgħaddi xi avviż li għadda l-lekċerer waqt xi lezzjoni

  • Tibgħat issellem lil xi persuna qabel it-tluq tagħha minn Malta

  • Tgħaddi messaġġ lil xi ħadd f’Malta waqt li int fuq vaganza barra l-pajjiż

  • Tibgħat messaġġ lill-familjari biex tavżahom li wasalt lura Malta fis-sagħtejn ta’ filgħodu


 

TUTORIAL TA’ L-1 SENA

Mit-Tnejn 20 ta’Novembru sal-Ġimgħa 24 ta’ Novembru 2006

Taqsira – "L-Għana: Bejn il-Folklor u l-Ħabi" ta’ Paul Sant Cassia, p. 86-87
Minn “Għalkemm ma nistgħu ... huma “l-Għarab” lokali.” Qassar f’madwar 120 kelma.
 



TUTORIAL TAT-2 SENA

Mit-Tnejn 20 ta’ Novembru sal-Ġimgħa 24 ta’ Novembru 2006

Agħmel analiżi kritika ta’ "Gawwi" ta’ Philip Sciberras. Għal kopja elettronika agħfas fuq l-isem tal-poeżija u għal fotokopja mur fil-ħanut ta' l-Agenda fil-Kulleġġ stess.
 


TUTORIAL – IT-TIENI SENA

Mit-Tnejn 9 sal-Ġimgħa 13 t’Ottubru 2006
 

Agħżel:

1. Radjijiet, stazzjonijiet tat-televixin, gazzetti. Taħseb li qed ikunu t’għajnuna biex il-poplu Malti jimmatura?

Jew

2. Il-ħsara li qed issir lill-ambjent tieqaf biss meta l-bniedem jagħraf li qed jeqred lilu nnifsu. Ikkummenta.
 


 

TUTORIAL TAT-TIENI SENA

Mit- Tnejn 16 t’Ottubru sal-Ġimgħa 20 t’Ottubru

Lingwistika

Uri, permezz ta’ għadd ta’ eżempji, kif l-element Romanz u dak Ingliż influwenzaw il-morfoloġija Semitika tal-Malti u kif, f’xi każi, anki integraw magħha.
 

Meħuda mit-Test ta’ l-Aħħar tas-Sena – Sessjoni Ġunju 2006

 



TUTORIAL TA’ L-EWWEL SENA

Mit-Tnejn 16 t’Ottubru sal-Ġimgħa 20 t’Ottubru

Agħżel

1. “Ftit naqra bil-Malti.” Għaliex?

Jew

2. Il-Mistħija taf tkun ta’ tfixkil għall-individwu li jbati minnha. X’taħseb?

 


TUTORIAL TAT-TIENI SENA

Mit-TNEJN 23 T’OTTUBRU sal-ĠIMGĦA 27 T’OTTUBRU

Analizza

Stenna sa Għada - Ġuże’ Chetcuti

Il-Poeżija Maltija paġna 197

 


TUTORIAL TA’ L-EWWEL SENA

Mit-TNEJN 23 T’OTTUBRU sal-ĠIMGĦA 27 T’OTTUBRU

• Intqal li t-teknoloġija moderna għenet lill-bniedem tal-lum jgħix aħjar miż-żminijiet l-imgħoddija. Taqbel? Jekk iva/le, kif?

JEW

• Tliet problemi ewlenin li skond int iż-żgħażagħ moderni qed iħabbtu wiċċhom magħhom.
 



TUTORIAL TA’ L-EWWEL SENA

Mit-Tnejn 30 t’Ottubru sal-Ġimgħa 3 ta’ Novembru 2006

1. Flus, saħħa, għerf. Liema tagħżel minnhom? Għaliex?

JEW

2. Sifirt. Ġrejt. Ġbidt ħafna ritratti. Xtrajt xi rigali. X’aktar?

 



TUTORIAL TAT-TIENI SENA

Mit-Tnejn 30 t’Ottubru sal-Ġimgħa 3 ta’ Novembru 2006

Il-Poeżija Romantika sarrfet fil-kitba l-ħsus ta’ poeti mħassba dwar problemi tal-ħajja ta’ kuljum. Ikkummenta dwar dan filwaqt li ssaħħaħ dak kollu li tgħid permezz ta’ eżempji mix-xogħlijiet li studjajt u kwotazzjonijiet f’waqthom.
 



TUTORIAL TA’ L-1 SENA
Mit-Tnejn 6 ta’ Novembru 2006 sal-Ġimgħa 10 ta’ Novembru 2006

Ikteb ittra lill-Editur tal-gazzetta L-GĦARFA li fiha turi kif taħsibha dwar x’għandha x’toffri l-Belt Valletta liż-żgħażagħ tal-lum.
 



TUTORIAL TAT-2 SENA

Mit-Tnejn 6 ta’ Novembru 2006 sal-Ġimgħa 10 ta’ Novembru 2006

Għadd ta’ karattri f’LUBIEN jagħtu kwadru tat-tfulija ’l hemm mill-viżjoni romantika ta’ żmien innoċenti. Uri x’taħseb dwar dan u saħħaħ li tgħid b’referenzi f’waqthom mix-xogħlijet li studjajt
 


F'idejn is-Sur Salvu Seisun