|
|
TUTORIALS
| 2007-08 |
|
|
|
|
|
|
|
Arkivji |
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – L-EWWEL SENA AVVANZAT
Mit-Tnejn 26 ta’ Mejju sal-Ġimgħa 30 ta’ Mejju 2008
Jekk ikollkom diffikultajiet, intom mistiedna biex fil-ħinijiet
tat-tutorials tikkonsultaw mal-lekċerers rispettivi.
Nieħu din l-okkażjoni biex f’ismi u f’isem il-membri tad-Dipartiment
tal-Malti nawguralkom li tmorru tajjeb fl-eżamijiet.
|
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – L-EWWEL SENA AVVANZAT
Mit-Tnejn 19 ta’ Mejju sal-Ġimgħa 23 ta’ Mejju 2008
Komponiment letterarju
Agħżel waħda minn dawn il-mistoqsijiet.
- Iddiskuti l-elementi fiżiċi u
spiritwali li l-poeti romantiċi jaraw fl-ambjent naturali billi tagħmel
referenza għall-poeżiji li studjajt.
- L-esperjenza reliġjuża hija waħda
mit-temi ewlenin li nsibu fil-poeżija romantika, iżda t-trattament ta’
kull poeta hu wieħed personali. Iddiskuti billi tagħmel referenza
għall-poeżiji li studjajt.
|
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – L-EWWEL SENA AVVANZAT
Mit-Tnejn 12 ta’ Mejju sal-Ġimgħa 16 ta’ Mejju 2008
Kritika Letterarja
Agħmel analiżi kritika ta’ waħda minn dawn il-poeżiji fil-ktieb
Il-Poeżija Maltija ta’ Oliver Friggieri:
-
"L-Inkurunazzjoni
tal-Poeta" ta’ Nikol Biancardi (pġ. 127)
-
"Aħna Li Nċafċfu
Saqajna" ta’ Adrian Grima (pġ. 453)
|
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – L-EWWEL SENA AVVANZAT
Mit-Tnejn 5 ta’ Mejju sal-Ġimgħa 9 ta’ Mejju 2008
Komponiment letterarju
Agħżel wieħed minn dawn it-titli:
- Fredu Gambin huwa anti-eroj. Iddiskuti.
- Parti kbira mir-rakkont tar-rumanz
Il-Gaġġa tindirizza r-relazzjonijiet u l-esperjenzi ta’ Fredu
mat-tliet tfajliet li kellu f’ħajtu. Iddiskuti.
|
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – L-EWWEL SENA AVVANZAT
Mit-Tnejn 28 ta’ April sal-Ġimgħa 1 ta’
Mejju 2007
Komponiment tal-lingwistika
Agħżel titlu wieħed:
-
L-influwenza ta’ l-Għarbi nsibuha
prattikament fl-oqsma kollha tal-grammatika tal-Malti. Ikkummenta u saħħaħ
dak li tgħid b’eżempji.
-
L-Għarab influwenzaw
l-aspetti kollha tal-lingwa li nitkellmu, fosthom il-lessiku. Għalkemm
maż-żmien intilef bosta kliem semitiku, nistgħu ngħidu li l-vokabularju
Malti semitiku xorta baqa’ sinjur biżżejjed biex jgħinna nesprimu ruħna.
Ikkummenta u saħħaħ dak li tgħid b’eżempji.
|
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – L-EWWEL SENA AVVANZAT
Mit-Tnejn 21 ta’ April sal-Ġimgħa 25 ta’ April 2008
Kritika Letterarja
Agħmel analiżi kritika ta’ waħda minn dawn il-poeżiji fl-antoloġija
Il-Poeżija Maltija ta’ Oliver Friggieri:
|
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – L-EWWEL SENA AVVANZAT
Mit-Tnejn 14 ta’ April sal-Ġimgħa 18 ta’ April 2008
Ittra
Agħżel waħda
- Waslu l-vaganzi, u inti ħsibt li ssib
xi xogħol għas-sajf, xejn xejn biex iżżomm ruħek applikat/a u taqla’ xi
ħaġa tal-flus. Ikteb ittra ta’ mhux inqas minn 150 kelma lil stabbiliment
li joffri x-xogħol lill-istudenti, li fiha tagħmel it-talba tiegħek biex
tmur taħdem. (MATSEC, Mejju 2007)
- L-istazzjon televiżiv TV Stilla se
jniedi programm li jismu “Karattri.” Fih se jkunu intervistati individwi
li għandhom karattru partikulari. Ibgħat applikazzjoni ta’ mhux inqas minn
150 kelma lill-Kap tal-Programmi u fiha ddeskrivi fil-qosor il-karattru
tiegħek u għid għaliex taħseb li għandek tintgħażel biex tidher f’dan
il-programm. (MATSEC, Mejju 2004)
|
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – L-EWWEL SENA
Mit-Tnejn 1 ta’ April sal-Ġimgħa 4 ta’ April 2008
Komponiment ġenerali
Agħżel wieħed:
-
Is-siwi tal-letteratura f’soċjetà mibnija fuq it-teknoloġija ta’
l-informatika. (Livell Avvanzat – Mejju 2007)
-
Bla kurżità l-bniedem ma kien javvanza qatt.
|
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – L-EWWEL SENA AVVANZAT
Mit-Tnejn 7 ta’ April sal-Ġimgħa 11 ta’ April 2008
Komponiment letterarju
Agħżel titlu wieħed
- Iddiskuti t-trattament tat-tema
ambjentali f'għadd ta' novelli li studjajt f'Ħala taż-Żgħożija.
- Iddiskuti l-karattri femminili f'għadd
ta' novelli li studjajt f'Ħala taż-Żgħożija.
|
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – L-EWWEL SENA AVVANZAT
Mit-Tnejn 10 ta’ Marzu sal-Ġimgħa 14 ta’ Marzu 2008
QASSAR f’madwar 100 kelma s-silta li tinsab għand l-Agenda Bookshop. |
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – IT-TIENI SENA AVVANZAT
Mit-Tnejn 10 ta’ Marzu sal-Ġimgħa 14 ta’ Marzu 2008
KRITIKA LETTERARJA
Agħmel apprezzament
letterarju dettaljat tas-silta
L-Effetti tal-Gwerra fuq Pajjiżna
Il-ħames snin tal-gwerra qalbu Malta ta’ taħt fuq. Bliet imwaqqgħa, eluf ta’
nies li tilfu darhom u li kienu qegħdin jgħixu ma’ nieshom, ma’ ħbiebhom jew
mal-barranin. Nies li f’ħames snin bħal dawk kienu xjieħu. Tfal li kienu
saru ġuvintur u xebbiet li kienu raw minn kollox. Nies li għamlu l-flus, u
nies li fqaru. Tfajliet impjegati bl-eluf. Ħafna oġġetti li kienu għadhom
razzjonati. U d-diskors tan-nies, il-mod kif kienu saru jirraġunaw, b’mod
speċjali ż-żgħażagħ, ma kienx dak tas-soltu, dak li ħames snin qabel kont
imdorri għalih. Kulħadd kellu l-kelma “drittijiet” f’ħalqu. Drittijiet ta’
Malta fuq l-Ingilterra, drittijiet ta’ dawk li servew fil-gwerra li jsibu
x-xogħol, drittijiet tan-nisa, drittijiet għall-vot, drittijet tal-ħaddiema,
drittijiet tal-konsumaturi, drittijiet tal-Unions, drittijiet ta’ dawk li
m’għandhomx dar, drittijiet tas-sidien li tilfu l-bini tagħhom.
“Ma ninsewx,” qal qassis fi prietka li nzertajt, “li Alla ukoll għandu
d-drittijiet tiegħu. Diġà donna nsejna kemm tlabnieh u kemm-il darba ħelisna
mill-mewt.”
Ir-reliġjon, bla dubju xejn, kienet sostniet il-poplu tagħna fl-agħar provi
tal-gwerra. Imma donnu kien qiegħed jiġri, bħala reazzjoni psikoloġika għal
dik it-tensjoni kollha, illi n-nies riedet tixxala, riedet tinsa, riedet
tgawdi l-ħajja li kienet bħal reġgħet sabet. Wara s-snin fix-xelters u
fil-biża’, dejjem diskors wieħed ta’ ħsara, ta’ feruti u ta’ mejtin, in-nies
bħal ħarġet tixxaħxaħ fix-xemx. Kellha fiha l-gost tal-ħajja. U bħal ħalliet
ruħha tintelaq, kultant ftit iżżejjed, għal dak il-gost.
Matul il-gwerra ukoll, kif bdejt nisma’, mhux kulħadd irreaġixxa l-istess.
Il-parti l-kbira tan-nies bħal daħlet f’qoxritha, talbet kemm felħet,
stinkat biex tirbaħ il-ġuħ u l-biża’ u qagħdet bi kwietha. Ħafna oħrajn,
speċjalment iż-żgħażagħ, ħassew f’dawk is-snin tal-gwerra jiġri f’demmhom
l-ispirtu ta’ l-avventura. Sfidaw il-perikoli, innamraw kemm felħu, ħassew
aktar il-ġibda lejn il-ħajja. Ħafna fizzjali u suldati Ingliżi u Maltin,
numru kbir ta’ piloti, li kienu ta’ kuljum jaraw il-mewt, nies tal-baħar,
fittxew kemm felħu lit-tfajliet kważi bi dritt, għax kienu jħossu
fis-subkonxju tagħhom li kienu qegħdin jipperikolaw ħajjithom għalihom.
It-tfajliet ħabbew ħafna drabi lil nies li kienu jafu li l-għada jew
il-pitgħada kienu jmutu. U bħal għexu għall-ġurnata. Il-libertà li ġiebu
l-impiegi, in-nuqqas ta’ trasport, id-dlamijiet, it-taħlit, l-evakwazzjoni
ħarbtu d-dixxiplina u l-għaqal ta’ eluf ta’ familji Maltin.
(minn Rajt Malta Tinbidel,
Vol. III, ta’ Herbert Ganado)
|
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – L-EWWEL SENA AVVANZAT
Mit-Tnejn 3 ta’ Marzu sal-Ġimgħa 7 ta’ Marzu 2008
TAQSIRA
Qassar f’madwar 100 kelma s-silta meħuda minn Selmun ta’ Paul P.
Borg.
Ikseb kopja mingħand l-Agenda Bookshop. |
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – IT-TIENI SENA AVVANZAT
Mit-Tnejn 3 ta’ Marzu sal-Ġimgħa 7 ta’ Marzu 2008
KRITIKA TAL-POEŻIJA
Agħmel analiżi kritika ta’ waħda minn dawn il-poeżiji:
-
“Il-Mewt ta’ Tarbija” ta’ Klement Mifsud
Bonnici (Il-Poeżiji Maltija, p. 34.)
-
“Agħtini Lejl Ieħor” ta’ Raymond Mahoney (Il-Poeżiji
Maltija, p. 417)
|
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – L-EWWEL SENA AVVANZAT
Fil-ġimgħa ta’ bejn il-25 u d-29 ta’ Frar mhux se jsiru tutorials. |
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – IT-TIENI SENA AVVANZAT
Fil-ġimgħa ta’ bejn il-25 u d-29 ta’ Frar mhux se jsiru tutorials. |
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – L-EWWEL SENA AVVANZAT
Mit-Tnejn 18 ta’ Frar sal-Ġimgħa 22 ta’ Frar 2008
Komponiment letterarju
Agħżel titlu wieħed:
-
Il-poeti ta’ l-ewwel nofs tas-seklu għoxrin jirriflettu fil-fond dwar
tiġrib il-ħajja. Iddiskuti xejriet ewlenin ta’ l-interpretazzjoni tagħhom.
-
In-nostalġija u s-solitudni jirriflettu l-esperjenzi qarsa tal-ħajja.
Iddiskuti dwar dan b’referenza għal diversi poeti ta’ l-ewwel nofs
tas-seklu għoxrin. (Eżami fil-Livell Avvanzat, Settembru 2004)
|
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – IT-TIENI SENA AVVANZAT
Mit-Tnejn 18 ta’ Frar sal-Ġimgħa 22 ta’ Frar 2008
Komponiment letterarju
Agħżel titlu wieħed:
-
Il-poeta tat-Tieni Nofs tas-Seklu Għoxrin ried li jagħraf ’l Alla
internament u mhux bil-funzjonijiet organizzati. Iddiskuti b’referenza
għall-poeżiji li studjajt.
-
Il-poeti tat-Tieni Nofs tas-Seklu Għoxrin juru mħabba kbira lejn l-ambjent
naturali. Iddiskuti b’referenza għall-poeżiji li studjajt.
|
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – L-EWWEL SENA AVVANZAT
Mit-Tnejn 11 ta’ Frar sal-Ġimgħa 15 ta’ Frar 2008
Komponiment letterarju
Agħżel titlu wieħed:
-
Il-poeti ta’ l-Ewwel Nofs tas-Seklu Għoxrin sikwit juru mħabba tassew
kbira lejn il-poplu Malti. Iddiskuti din l-imħabba skond aspetti
differenti tagħha.
-
Il-poeti ta’ l-Ewwel Nofs tas-Seklu Għoxrin iħarsu lejn ġrajjiet pajjiżhom
u lejn dak kollu li jagħmilhom Maltin. Iddiskuti.
|
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – IT-TIENI SENA AVVANZAT
Mit-Tnejn 11 ta’ Frar sal-Ġimgħa 15 ta’ Frar 2008
Komponiment tal-lingwistika
Agħżel titlu wieħed:
-
Uri permezz ta’ eżempji xierqa kif jaħdem it-trasferiment semantiku meta
fil-metafora, is-sens ta’ kelma napplikawh f’sens ġdid fuq bażi ta’ xebh
bejn iż-żewġ kelmiet.
-
Meta żewġ simboli jiltaqgħu ġo forma waħda akustika ngħidu li huma
omofoni. Uri permezz ta’ eżempji xierqa liema huma dawk il-fatturi li
jikkawżaw l-omofoni fil-Malti.
|
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – L-EWWEL SENA AVVANZAT
Mit-Tnejn 4 ta’ Frar sal-Ġimgħa 8 ta’ Frar 2008
Kritika Letterarja
Agħmel analiżi kritika ta’ waħda minn dawn il-poeżiji li
jinsabu fil-ktieb Il-Poeżija Maltija ta’ Oliver Friggieri:
-
"Meditazzjoni" ta’ Marlene Saliba (pġ. 437 )
-
"Għad Baqa’ Ħafna x’Nimxu" ta’ Ġużè Chetcuti (pġ. 208)
|
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – IT-TIENI SENA AVVANZAT
Mit-Tnejn 4 ta’ Frar sal-Ġimgħa 8 ta’ Frar 2008
Kritika Letterarja
Agħmel analiżi kritika ta’
din is-silta
mir-rumanz L-Isqaq ta' Ġużè Chetcuti. (Hemm kopja wkoll għand
l-Agenda tal-Kulleġġ.) |
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – L-EWWEL SENA AVVANZAT
Mit-Tnejn 28 ta’ Jannar sal-Ġimgħa 1 ta’ Frar 2008
Kritika Letterarja
Agħmel analiżi kritika ta’ waħda minn dawn il-poeżiji:
-
"Dal-lejl Għadda Kelb Jingħi" ta’ Pawlu Aquilina (pġ. 250)
-
"Rendikont" ta’ Maria Grech Ganado (pġ. 340)
Iż-żewġ poeżiji jinsabu fil-ktieb Il-Poeżija Maltija ta’ Oliver
Friggieri.
|
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – IT-TIENI SENA AVVANZAT
Mit-Tnejn 28 ta’ Jannar sal-Ġimgħa 1 ta’ Frar 2008
Komponiment Letterarju
Agħżel wieħed:
-
“Erġajna qed naħsbu għal rasna, ma... Fit-tgawdija tal-ġisem ħsibt
għal rasek u issa għax ġejna għar-ruħ, se terġa'?” Kemm hu minnu dan
il-kliem ta’ Victor? Iddiskuti kif japplika għall-karattri kollha
fid-dramm L-Ewwel Jien!
-
Diacono jgħid li hu qiegħed fuq il-palk is-soċjetà kif jaraha hu: taqtigħa
qalila u bla mogħdrija bl-iskop qabel il-mezz, min jattakka minn quddiem,
min jonsob minn wara, min bil-qdusija tilma fuq wiċċu u f’qalbu infern, fi
ġlieda kontinwa mhux biss tal-ħajja stess, imma saħansitra tal-pussess
tal-passjonijiet u ta’ l-ambizzjonijiet individwali. Ikkummenta.
|
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – L-EWWEL SENA AVVANZAT
Mit-Tnejn 21 ta’ Jannar sal-Ġimgħa 25 ta’ Jannar 2008
Komponiment letterarju
Agħżel titlu wieħed:
-
F’"Ħala taż-Żgħożija," Lino Spiteri ttratta diversi temi soċjali. Uri kif
fin-novella ġew ittrattati (a) it-tema tax-xogħol u (b) it-tema ta’
l-imħabba. Dejjem saħħaħ b’referenzi f’waqthom.
-
Lino Spiteri juża l-ġeneru tan-novella bħala għodda biex jintefa’ dawl fuq
is-soċjetà ta’ żmienu. Stħarreġ dan fin-novella "Ħala taż-Żgħożija."
Dawn huma l-istess titli li ta s-Sur Seisun
waqt il-lekċer. |
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – IT-TIENI SENA AVVANZAT
Mit-Tnejn 21 ta’ Jannar sal-Ġimgħa 25 ta’ Jannar 2008
Komponiment letterarju
Agħżel titlu wieħed
-
"Fil-gaġġa li ninsab fiha sibt li qatt m'għamilt dak li tassew xtaqt."
(Kap. VIII) Kif narawh dan il-ħsieb fir-rumanz ta' Frans Sammut
Il-Gaġġa? (Livell Avvanzat, Mejju 2005)
-
Fredu, f'Il-Gaġġa, jsib li "l-qrusa u l-imħabba huma mwaħħdin b'mod
li ma jingħażlux minn xulxin." Iddiskuti. (Livell Avvanzat, Settembru
2005)
-
Il-ġlieda bejn il-protagonist u l-bqija tal-karattri f'Il-Gaġġa ta'
Frans Sammut. (Livell Avvanzat, Mejju 2006)
|
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – L-EWWEL SENA AVVANZAT
Mit-Tnejn 14 ta’ Jannar sal-Ġimgħa 18 ta’ Jannar 2008
Komponiment letterarju
Agħżel titlu wieħed:
-
F’"Ħala taż-Żgħożija," Lino Spiteri ttratta diversi temi soċjali. Uri kif
fin-novella ġew ittrattati a) it-tema tax-xogħol u b) it-tema ta’
l-imħabba. Dejjem saħħaħ b’referenzi f’waqthom.
-
Lino Spiteri juża l-ġeneru tan-novella bħala għodda biex jintefa’ dawl fuq
is-soċjetà ta’ żmienu. Stħarreġ dan fin-novella "Ħala taż-Żgħożija."
Dawn huma l-istess titli li ta s-Sur Seisun
waqt il-lekċer. |
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – IT-TIENI SENA AVVANZAT
Mit-Tnejn 14 ta’ Jannar sal-Ġimgħa 18 ta’ Jannar 2008
Komponiment letterarju
Agħżel titlu wieħed:
-
Il-poeti ta’ l-Ewwel Nofs tas-Seklu Għoxrin juru sikwit imħabba u qima
lejn Malta u l-poplu Malti. Iddiskuti dan l-argument b’referenza
għall-poeżiji li studjajt.
-
Il-poeti ta’ l-Ewwel Nofs tas-Seklu Għoxrin iħarsu lejn l-antenati Maltin
u jippruvaw jidealizzaw is-sehem tagħhom fl-Istorja ta’ Malta. Iddiskuti
dan l-argument b’referenza għall-poeżiji li studjajt.
|
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – L-EWWEL SENA AVVANZAT
Mit-Tnejn 7 ta’ Jannar sal-Ġimgħa 11 ta’ Jannar 2008
Ittra
Agħżel waħda:
1. Ikteb ittra lill-editur tal-gazzetta In-Niggieża biex turi l-fehma
tiegħek dwar artiklu li fih korrispondent ressaq il-fehma li dak li hu
importanti mhux li nikkontrollaw il-bini imma li nikkontrollaw kif u fejn
nibnu.
jew
2. Ikteb ittra lil ġurnal lokali biex tfisser fehemtek fuq is-sehem tal-mara
u tar-raġel fix-xogħol tad-dar.
It-tul ta’ l-ittra għandu jkun bejn 150 u 200 kelma.
|
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – IT-TIENI SENA AVVANZAT
Mit-Tnejn 7 ta’ Jannar sal-Ġimgħa 11 ta’ Jannar 2008
Ittra
Agħżel waħda:
1. Ikteb ittra lill-editur tal-gazzetta In-Niggieża biex turi l-fehma
tiegħek dwar artiklu li fih korrispondent ressaq il-fehma li dak li hu
importanti mhux li nikkontrollaw il-bini imma li nikkontrollaw kif u fejn
nibnu.
jew
2. Ikteb ittra lil ġurnal lokali biex tfisser fehemtek fuq is-sehem tal-mara
u tar-raġel fix-xogħol tad-dar.
It-tul ta’ l-ittra għandu jkun bejn 150 u 200 kelma.
|
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – L-EWWEL SENA AVVANZAT
Mit-Tnejn 17 ta’ Diċembru sal-Ġimgħa 21 ta’ Diċembru 2007
QASSAR f’madwar 100 kelma dan li ġej:
“Hemm kuxjenza qawwija … minn doża ta’ mħabba.”
Ikseb kopja mingħand l-Agenda Bookshop
|
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – IT-TIENI SENA AVVANZAT
Mit-Tnejn 17 ta’ Diċembru sal-Ġimgħa 21 ta’ Diċembru 2007
Komponiment letterarju
Għal Lino Spiteri n-novella sservi ta’ mezz li bih il-qagħda tas- soċjetà
Maltija titqiegħed taħt il-lenti tal-qarrej.
Ikkummenta minn uħud min-novelli.
|
|
|
|
|
|
|
|
Fil-ġimgħa ta’ bejn it-3 u s-7 ta’ Diċembru mhux se jsiru tutorials. |
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – L-EWWEL SENA AVVANZAT
Mit-Tnejn 10 ta’ Diċembru sal-Ġimgħa 14 ta’ Diċembru 2007
QASSAR f’madwar 100 kelma dan li ġej:
“Il-kitba hija sengħa tal-moħħ… is-Sengħa tal-Ġmiel għaddiet aktar ‘il
quddiem.”
Ikseb kopja mingħand l-Agenda Bookshop.
|
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – TAT-TIENI SENA AVVANZAT
Mit-Tnejn 10 ta’ Diċembru sal-Ġimgħa 14 ta’ Diċembru 2007
Agħmel analiżi kritika ta’ WAĦDA minn dawn iż-żewġ poeżiji
li jinsabu fil-ktieb Il-Poeżija Maltija:
“Marsaxlokk” ta’ Ġużè Muscat Azzopardi (p. 50) jew “Għodwa” ta’ Ġorġ Peresso
(p. 314)
|
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – L-EWWEL SENA AVVANZAT
Mit-Tnejn 26 ta’ Novembru sal-Ġimgħa 30 ta’ Novembru 2007
Komponiment ġenerali
Agħżel wieħed:
-
L-aħjar tpattija hija l-maħfra.
-
L-effetti tat-turiżmu fuq pajjiżna.
|
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – IT-TIENI SENA AVVANZAT
Mit-Tnejn 26 ta’ Novembru sal-Ġimgħa 30 ta’ Novembru 2007
Ittra
Agħżel waħda:
-
Fil-ġurnal Il-Leħħa deher artiklu bl-isem: "L-isport jagħmel
ħafna ġid." Ikteb ittra lill-editur tal-ġurnal u agħti r-reazzjoni tiegħek
għal dan l-artiklu.
-
L-istazzjon televiżiv TV Pront nieda kampanja biex jitjieb il-livell
tal-Malti mitħaddet fix-Xandir. Ikteb ittra lid-direttur ta’ dan
l-istazzjon u agħti s-suġġerimenti tiegħek.
|
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL - L-EWWEL SENA AVVANZAT
Mit-Tnejn 19 ta’ Novembru sal-Ġimgħa 23 ta’ Novembru
Komponiment Ġenerali
Agħżel wieħed:
-
Wara aktar minn xahar fil-Junior College... (Xi ħsibijiet u
riflessjonijiet).
-
Kemm hi sabiħa l-ħajja!
|
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL - IT-TIENI SENA AVVANZAT
Mit-Tnejn 19 ta’ Novembru sal-Ġimgħa 23 ta’ Novembru
Komponiment Ġenerali
Agħżel wieħed:
-
F’dinja li qed issir tant kiefra, x’nistgħu nagħmlu biex nipproteġu
aktar lit-tfal żgħar?
-
Il-ħolm tiegħi fil-ħajja.
|
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – L-EWWEL SENA AVVANZAT
Mit-Tnejn 12 ta’ Novembru sal-Ġimgħa 16 ta’ Novembru 2007
Komponiment ġenerali
Agħżel wieħed:
-
Il-komunikazzjoni żdiedet jew naqset fis-seklu 21?
-
X’nixtieq.
|
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – IT-TIENI SENA AVVANZAT
Data: Mit-Tnejn 12 ta’ Novembru sal-Ġimgħa 16 ta’ Novembru 2007
Komponiment letterarju
Tiġrib il-ħajja jispira lill-poeti ta’ l-ewwel nofs tas-seklu għoxrin.
Iddiskuti l-mod kif il-poeti jittrattaw ix-xejriet differenti ta’ dan
it-tiġrib.
|
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – L-EWWEL SENA
Data: Mit-Tnejn 05 ta’ Novembru sal-Ġimgħa 09 ta’ Novembru 2007
Komponiment ġenerali
Agħżel wieħed:
-
L-impenn taż-żgħażagħ fis-soċjetà tal-lum.
-
L-aħjar tpattija hija l-maħfra.
|
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – IT-TIENI SENA AVVANZAT
Data: Mit-Tnejn 05 ta’ Novembru sal-Ġimgħa 9 ta’ Novembru 2007
Komponiment tal-lingwistika
Agħżel wieħed:
-
“Ħafna drabi l-element Rumanz jintegra ruħu billi jadotta morfoloġija
Semitika.” Ikkummenta.
-
Uri kif fil-Malti l-bażi Semitika żżewġet ma’ l-element Rumanz u
Ingliż.
|
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – L-EWWEL SENA AVVANZAT
Mit-Tnejn 29 ta’ Ottubru sal-Ġimgħa 2 ta’ Novembru 2007
Ittra
Agħżel waħda:
-
Is-sindku tal-Kunsill Lokali jixtieq itejjeb il-ħajja soċjali tar-raħal
jew belt tiegħek. Ikteb ittra fil-gazzetta Leħen il-Kunsill biex
tgħid kif taħsibha fuq is-sehem taż-żgħażagħ fil-festi ta’ barra.
-
Ikteb ittra lil ġurnal lokali biex tfisser kemm hu meħtieġ li jkun hemm
dixxiplina sħiħa fis-sewqan.
It-tul ta’ l-ittra għandu jkun bejn 150 u 200 kelma. |
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – IT-TIENI SENA AVVANZAT
Mit-Tnejn 29 ta’ Ottubru sal-Ġimgħa 2 ta’ Novembru 2007
Komponiment letterarju
Agħżel titlu wieħed:
-
Il-poeti ta’ l-ewwel nofs tas-seklu għoxrin sikwit juru l-qima sħiħa li
għandhom lejn in-Natura u d-dinja tal-ħlejjaq mhux umani. Ikkummenta u
agħti eżempji.
-
Iddiskuti t-tema ta’ L-Ambjent Naturali kif ippreżentawha l-poeti ta’
l-ewwel nofs tas-seklu għoxrin fil-poeżiji li studjajt f’Il-Poeżija
Maltija. Saħħaħ dak li tikteb b’ eżempji.
|
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – L-EWWEL SENA
Mit-Tnejn 22 ta’ Ottubru sal-Ġimgħa 26 ta’ Ottubru 2007
Komponiment ġenerali
Agħżel titlu wieħed:
-
“Mitlufin kif kienu fuq il-kompjuter ma semgħux …" Kompli dar-rakkont.
-
Il-kant u l-kantanti f’Malta. X’futur għandhom?
|
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – IT-TIENI SENA
Mit-Tnejn 22 ta’ Ottubru sal-Ġimgħa 26 ta’ Ottubru 2007
Komponiment ġenerali
Agħżel titlu wieħed:
-
Radjijiet, stazzjonijiet tat-televixin, gazzetti. Taħseb li qed ikunu
t’għajnuna biex il-poplu Malti jimmatura?
-
Il-kriminalità fost iż-żgħażagħ: kif nistgħu ntaffu din il-pjaga
soċjali?
|
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – IT-TIENI SENA
Mit-Tnejn 15 ta’ Ottubru sal-Ġimgħa 19 ta’ Ottubru 2007
Qabel xejn: MERĦBA f’ismi u f’isem l-istaff kollu. U issa, għax-xogħol …
Komponiment Ġenerali
Agħżel titlu wieħed:
- Min jgħid wisq, ftit fih riżq. X’taħseb?
- Huwa aktar faċli tikkritika dak li jagħmel ħaddieħor milli tagħmel xi
ħaġa int.
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
F'idejn is-Sur Mario Cutajar |
|