|
|
TUTORIALS
|
2009-10 |
|
|
|
Arkivji |
|
|
|
TUTORIAL – L-EWWEL SENA
Mit-Tnejn 24 ta’ Mejju sal-Ġimgħa 28 ta’ Mejju 2010
Diffikultajiet
Din l-aħħar ġimgħa m’għandkomx tutorial formali miktub. Fil-ħinijiet
tat-tutorial, intom mhux biss mistiedna imma wkoll imħeġġa biex tiġu
tikkonsultaw mal-lekċerers rispettivi tagħkom dwar kull diffikultà li
jkollkom.
Nieħu din l-okkażjoni biex f’ismi u f’isem il-membri tad-Dipartiment
tal-Malti nawguralkom li tmorru tajjeb fl-eżamijiet, u jkollkom ir-riżultat
li tixtiequ. |
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – L-EWWEL SENA
Mit-Tnejn 17 ta’ Mejju sal-Ġimgħa 21 ta’ Mejju 2010
Komponiment Letterarju
Agħżel titlu wieħed:
-
L-aspetti tat-tlugħ u tal-inżul tal-ħajja
għandhom post prominenti fil-poeżija tal-ewwel nofs tas-seklu għoxrin.
Iddiskuti b’referenza għal xi xogħlijiet li studjajt.
-
Il-poeti tal-ewwel nofs tas-seklu għoxrin
jirriflettu fil-fond dwar it-tiġrib tal-ħajja. Iddiskuti xejriet ewlenin
tal-interpretazzjoni tagħhom.
|
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – L-EWWEL SENA
Mit-Tnejn 10 ta’ Mejju sal-Ġimgħa ta’ 14 Mejju 2010
Komponiment Letterarju - Poeżija
Agħżel titlu wieħed:
-
Ir-reliġjon għandha post validu
fil-poeżija tal-Ewwel Nofs tas-seklu Għoxrin, iżda t-trattment tagħha
min-naħa tal-poeti hu xhieda ta’ diverġenzi. Iddiskuti.
-
Il-poeżija tal-Ewwel Nofs tas-Seklu
Għoxrin turi kif il-poeti Romantiċi Maltin ħarsu lejn Alla, Kristu u
l-Madonna. Ikkummenta billi tagħmel referenza għax-xogħlijiet li
studjajt.
|
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – L-EWWEL SENA
Mit-Tnejn 03 ta’ Mejju sal-Ġimgħa 07 ta’ Mejju 2010
Komponiment Letterarju
Agħżel titlu wieħed:
-
Roża, Veffa u Clara huma persuni separati
u magħżulin minn xulxin, tliet atturi f’episodji differenti, għalkemm
marbutin flimkien bis-saħħa tal-parti li għandu fihom Fredu Gambin.
Iddiskuti.
-
F’intervista li għamillu Charles Briffa,
Lino Spiteri stqarr li jnebbħuh in-nies tad-demm u l-laħam. Iddiskuti
dan billi tagħmel referenza għax-xogħlijiet li studjajt mill-ġabra ta’
novelli Ħala taż-Żgħożija.
|
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – L-EWWEL SENA
Mit-Tnejn 26 ta’ April sal-Ġimgħa 30 ta’ April 2010
Komponiment Lingwistiku
Agħżel titlu wieħed
-
L-element Semitiku huwa l-pedament ta’
lsienna, kemm fuq livell lessikali kif ukoll fuq livell morfoloġiku
(grammatikali). Ikkummenta dwar dan u agħti eżempji biex issaħħaħ
l-argumenti tiegħek.
-
Ikkummenta, permezz ta’ ħafna eżempji,
dwar l-influwenza lessikali u morfoloġika Rumanza fil-Malti.
|
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – L-EWWEL SENA
Mit-Tnejn 19 ta’ April sal-Ġimgħa 23 ta’ April 2010
Kritika Letterarja
Agħmel analiżi kritika ta’ waħda minn dawn iż-żewġ poeżiji
"Naħseb biex Immur" – Marjanu Vella
(Il-Poeżija Maltija, paġna 240)
"Death Wish" - Victor Fenech
(Il-Poeżija Maltija, paġna 278)
|
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – L-EWWEL SENA
Mit-Tnejn 12 ta’ April sal-Ġimgħa ta’ 16 April 2010
Komponiment Letterarju
Agħżel titlu wieħed
-
Mill-mod kif Frans Sammut jippreżenta lil
Fredu Gambin fir-rumanz tiegħu Il-Gaġġa, dan il-karattru jasal
għand il-qarrej bħala l-antieroj modern. Iddiskuti.
-
Il-kritiċi jirreferu għar-rumanz
Il-Ġaġġa ta’ Frans Sammut bħala rumanz psikoloġiku. Billi tagħmel
referenzi xierqa u tiddiskutihom, uri jekk dan hux minnu jew le.
|
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – L-EWWEL SENA
Mit-Tnejn 22 ta’ Marzu sal-Ġimgħa ta’ 26 Marzu 2010
Komponiment Ġenerali
Agħżel titlu wieħed
-
Kieku l-ġenituri jifhmu u jaċċettaw aktar
lil uliedhom, xorta jkunu jistgħu jgħaddulhom il-valuri li jkollhom
bżonn sabiex jikbru f’individwi b’karattru sod. Iddiskuti.
-
Għad hemm lok għall-parteċipazzjoni
tan-nanniet fit-trobbija tan-neputijiet? Iddiskuti.
|
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – IT-TIENI SENA AVVANZAT
Mit-Tnejn 22 ta’ Marzu sal-Ġimgħa 26 ta’ Marzu 2010
Din l-aħħar ġimgħa m’għandkomx tutorial formali miktub. Fil-ħinijiet
tat-tutorial, intom mhux biss mistiedna imma wkoll imħeġġa biex tiġu
tikkonsultaw mal-lekċerers rispettivi tagħkom dwar kull diffikultà li
jkollkom.
Nieħu din l-okkażjoni biex f’ismi u f’isem il-membri tad-Dipartiment
tal-Malti nawguralkom li tmorru tajjeb fl-eżamijiet, u jkollkom ir-riżultat
li tixtiequ. |
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – L-EWWEL SENA
Mit-Tnejn 15 ta’ Marzu sal-Ġimgħa ta’ 19 Marzu 2010
Komponiment Letterarju
Agħżel titlu wieħed
- Il-poeti tal-Ewwel Nofs tas-Seklu Għoxrin sikwit juru mħabba tassew
kbira lejn l-ambjent naturali. Iddiskuti din l-imħabba skont l-aspetti
differenti li bihom dawn il-poeti jittrattaw it-tema tal-Ambjent
Naturali fid-dawl ta’ dak li studjajt f’Il-Poeżija Maltija.
- Il-poeti tal-Ewwel Nofs tas-Seklu Għoxrin jidealizzaw l-ambjent
naturali Malti, u xi wħud jaraw fih il-kobor t’Alla. Iddiskuti dan
l-argument fid-dawl ta’ dak li studjajt f’Il-Poeżija Maltija.
|
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – IT-TIENI SENA
Mit-Tnejn 15 ta’ Marzu sal-Ġimgħa 19 ta’ Marzu 2010
Komponiment Letterarju
Agħżel titlu wieħed
- Il-poeti tat-Tieni Nofs tas-Seklu Għoxrin jgħixu l-esperjenza
reliġjuża intima. Iddiskuti din l-istqarrija fid-dawl ta’ dak li
studjajt f’Il-Poeżija Maltija.
- L-ambjent naturali ta’ madwarna hu għal qalb ħafna mill-poeti
tat-Tieni Nofs tas-Seklu Għoxrin. Iddiskuti l-mod kif dawn il-poeti juru
dan fid-dawl ta’ dak li studjajt f’Il-Poeżija Maltija.
|
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – L-EWWEL SENA
Mit-Tnejn 8 ta’ Marzu sal-Ġimgħa 12 ta’ Marzu
2010
Ittra Formali
Agħżel titlu wieħed:
-
Waslu l-vaganzi, u inti ħsibt li
ssib xi xogħol għas-sajf, xejn xejn biex iżżomm ruħek applikat/a
u taqla’ xi ħaġa tal-flus. Ikteb ittra ta’ mhux inqas minn 150
kelma lil stabbiliment li joffri x-xogħol lill-istudenti, li
fiha tagħmel it-talba tiegħek biex tmur taħdem.
-
L-istazzjon televiżiv TV Stilla
se jnedi programm li jismu “Karattri”. Fih se jkunu
intervistati individwi li għandhom karattru partikulari. Ibgħat
applikazzjoni ta’ mhux inqas minn 150 kelma lill-Kap
tal-Programmi u fiha ddeskrivi fil-qosor il-karattru tiegħek u
għid għaliex taħseb li għandek tintgħażel biex tidher f’dan
il-programm.
|
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – IT-TIENI SENA
Mit-Tnejn 8 ta’
Marzu sal-Ġimgħa 12 ta’ Marzu 2010
Komponiment Letterarju – Il-Ġaħan
ta’ Binġemma
Agħżel titlu wieħed
-
Liema funzjonijiet
drammatiċi, narrattivi u tematiċi jaqdi l-personaġġ ta'
Ġaħan fid-dramm Il-Ġaħan ta' Binġemma?
-
Francis Ebejer kien jemmen li
biex tifhem il-preżent trid tagħraf il-passat. Ikkummenta
kif jidher dan l-argument fid-dramm tiegħu Il-Ġaħan ta'
Binġemma.
|
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – L-EWWEL SENA
Mit-Tnejn 1 ta’ Marzu sal-Ġimgħa 5 ta’ Marzu 2010
Taqsira
Qassar din is-silta f’madwar 100 kelma.
“Malta taħt l-Ingliżi” ta’ Jesmond Grech
(Eżami tal-Matrikola, Livell Avvanzat, Settembru 2004)

Tista' tikseb kopja mingħand l-Agenda Bookshop.
|
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL –
IT-TIENI SENA
Mit-Tnejn 1
ta’ Marzu sal-Ġimgħa 5 ta’ Marzu 2010
Agħmel
analiżi kritika ta’ waħda minn dawn iż-żewġ poeżiji:
"Qed Naqta’
Ħafna Fjuri minn Qalbi"
ta’ Doreen Micallef
Chritien (Il-Poeżija
Maltija, paġna 420)
jew
L-Għasfur
Xbieha
tal-ħsieb li tgħix fil-għoli tas-sema,
taħrab
is-sħab, il-lejl u d-dlamijiet,
int
ħudni ’l bogħod ningħażel minn das-swied
ta’
qalb li nħoss, li tqil kuljum jinġema’.
Tħallix dal-ħsieb magħdur, marid, jintrema
f’xita
qalila tax-xjuħija li ġiet...
miegħek kont tirt u rajt l-isbaħ wardiet
ta’
dina l-art u f’għaxqa l-ħsieb inħema.
Kollox
bired illum: nixtieqni miegħek
mifrud
miż-żmien ta’ l-art, illum waħxija,
naħrab
hemm fuq, intir bil-ġwienaħ tiegħek.
Ittajjar, ja ħanin, u jekk moħbija
tilmaħ
taħt dielja dar ċkuniti, oh tliegħek
waqqaf
għal ftit; b’din l-għanja selli għaliha.
Ninu Cremona
Tista' tikseb kopja mingħand l-Agenda Bookshop.
|
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – L-EWWEL SENA
Fil-ġimgħa bejn it-Tnejn 15 ta’ Frar u l-Ġimgħa 19 ta’ Frar ma jkollkomx
tutorial. Matul dik il-ġimgħa tridu tagħmlu riċerka dwar il-Kritika
Letterarja tal-poeżija bi preparazzjoni għat-tutorial li tridu tiktbu
għall-ġimgħa ta’ wara, kif għandkom hawn taħt.
Data: Mit-Tnejn 22 ta’ Frar sal-Ġimgħa 26 ta’ Frar 2010
Kritika Letterarja - Poeżija
Agħmel analiżi kritika ta’ waħda minn dawn iż-żewġ poeżiji li jinsabu f’Il-Poeżija
Maltija ta’ Oliver Friggieri:
|
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – IT-TIENI SENA
Fil-ġimgħa bejn it-Tnejn 15 ta’ Frar u l-Ġimgħa 19 ta’ Frar ma jkollkomx
tutorial. Matul dik il-ġimgħa tridu tagħmlu riċerka dwar il-Kritika
Letterarja tal-proża bi preparazzjoni għat-tutorial li tridu tiktbu
għall-ġimgħa ta’ wara, kif għandkom hawn taħt.
Data: Mit-Tnejn 22 ta’ Frar sal-Ġimgħa 26 ta’ Frar 2010
Agħmel apprezzament letterarju dettaljat tas-silta.
Is-silta "Ġamar taħt l-Irmied" miktuba minn Kilin issibuha fil-karta
tal-eżami għaċ-Ċertifikat tal-Matrikola, Livell Avvanzat, sessjoni ta’
Settembru 1999.
Tista’ tikseb kopja mingħand l-agenda jew taraha hawnhekk:

|
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – L-EWWEL SENA
Mit-Tnejn 8 ta’ Frar sal-Ġimgħa 12 ta’ Frar 2010
Komponiment Ġenerali
Agħżel titlu wieħed
- Dan l-aħħar il-midja tal-massa, kemm
dik lokali kif ukoll dik internazzjonali, tat prominenza lit-terremot li
seħħ f’Haiti. Taħseb li r-reazzjoni globali hi xhieda ta’ kemm verament
teżisti l-għaqda globali?
- Dan l-aħħar il-midja tal-massa lokali
tat prominenza għall-mod kif iċ-ċensura u l-amministrazzjoni
tal-Università rreaġixxew għal kitba li kienet ippubblikata f’gazzetta
li titqassam lill-istudenti. Taħseb li b’dan il-mod iċ-ċensura f’Malta
qed toħnoq l-espressjoni artistika?
|
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – IT-TIENI SENA
Mit-Tnejn 8 ta’ Frar sal-Ġimgħa 12 ta’ Frar 2010
Komponiment Letterarju – L-Ewwel Jien!
Agħżel titlu wieħed
- Aspetti tar-rabta li teżisti bejn
il-karattri fid-dramm L-Ewwel Jien! ta’ Ġużè Diacono.
(MATSEC, Livell
Avvanzat - Drama, Mejju 2009)
- Kull persuna hi sikwit immexxija
mill-imħabba lejha nnifisha. Iddiskuti d-dramm L-Ewwel Jien! ta’
Ġużè Diacono bħala eżempju ta’ din it-tema.
(MATSEC, Livell
Avvanzat - Drama, Mejju 2009)
|
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – L-EWWEL SENA
Mit-Tnejn l-1 ta’ Frar sal-Ġimgħa 5 ta’ Frar 2010
Komponiment Letterarju
Ħala taż-Żgħożija
Agħżel titlu wieħed:
-
Il-karattri li niltaqgħu magħhom
fil-ġabra ta’ novelli Ħala taż-Żgħożija huma karattri tad-demm u
l-laħam. Ikkummenta dwar dan l-argument billi tirreferi għan-novelli li
studjajt s’issa.
-
X'aspetti soċjali tista' titkellem
dwarhom min-novelli li qrajt s'issa f'Ħala taż-Żgħożija?
|
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – IT-TIENI SENA
Mit-Tnejn l-1 ta’ Frar sal-Ġimgħa 5 ta’ Frar 2010
Komponiment Lingwistiku
Agħżel titlu wieħed
-
Ħafna kliem jibdel it-tifsira tiegħu mal-mogħdija taż-żmien. Uri bil-ħila
ta’ eżempji xierqa kif iseħħ dan il-proċess billi tirreferi għal dawk
il-fatturi li jikkawżaw dan it-tibdil.
-
Fit-trasferiment metonimiku, il-kelma tgħaddi minn tifsira oriġinali għal
waħda ġdida bbażata fuq rabta fil-kuntest. Uri bil-ħila ta’ eżempji xierqa
liema huma dawk il-kuntesti li fihom iseħħ dan it-tibdil.
|
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – L-EWWEL SENA
Mit-Tnejn 18 ta’ Jannar sal-Ġimgħa 22 ta’ Jannar 2009
Ittra
Agħżel titlu wieħed:
-
Ikteb ittra ta’ mhux inqas minn 150 kelma lill-ħabib/a tiegħek li fiha
tesprimi l-opinjoni tiegħek dwar l-importanza tal-ilsien Malti għalina
l-Maltin.
-
Ikteb ittra ta’ mhux inqas minn 150 kelma lill-ġenituri tiegħek fejn
tgħarrafhom bid-deċiżjoni li ser tieqaf mill-istudji tiegħek barra minn
Malta, għax ma drajtx tgħix waħdek, u ser terġa' lura lejn Malta.
|
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – IT-TIENI SENA
Mit-Tnejn 18 ta’ Jannar sal-Ġimgħa 22 ta’ Jannar 2010
Komponiment Letterarju
Agħżel titlu wieħed:
-
B’referenza għall-poeżiji li studjajt, ikkummenta dwar il-mod kif il-poeti
tat-Tieni Nofs tas-Seklu Għoxrin iħarsu lejn it-tbatija tal-ħajja.
-
Il-poeti tat-Tieni Nofs tas-Seklu Għoxrin jgħaddu minn esperjenzi li
jġagħluhom ibatu. Dat-tiġrib isib l-isfog tiegħu fl-espressjoni poetika.
Ikkummenta b’referenza għall-poeżiji li studjajt.
|
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – L-EWWEL SENA
Mit-Tnejn 11 ta’ Jannar sal-Ġimgħa ta’ 15 Jannar 2010
Komponiment Letterarju
Agħżel mistoqsija waħda:
-
Il-poeti tal-Ewwel Nofs tas-Seklu Għoxrin sikwit juru mħabba tassew kbira
lejn il-poplu Malti. Iddiskuti din l-imħabba skont aspetti differenti
tagħha.
-
Il-poeti tal-Ewwel Nofs tas-Seklu Għoxrin iħarsu lejn ġrajjiet pajjiżhom u
dawk tal-poplu Malti u lejn dak kollu li jagħmilhom den tal-isem.
Iddiskuti.
|
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – IT-TIENI SENA
Mit-Tnejn 11 ta’ Jannar sal-Ġimgħa 15 ta’ Jannar 2010
Komponiment Letterarju
Agħżel titlu wieħed:
-
Ikkummenta dwar il-mod kif il-poeti tat-Tieni Nofs tas-Seklu Għoxrin
jippreżentaw it-tema tal-identità ta’ poplu fil-poeżiji li studjajt.
-
Il-poeżija tat-Tieni Nofs tas-Seklu Għoxrin tikxef il-vizzji u
n-nuqqasijiet tal-poplu Malti. Ikkummenta b’referenza għall-poeżiji li
studjajt.
|
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – L-EWWEL SENA
Mit-Tnejn 4 ta’ Jannar sal-Ġimgħa ta’ 8 Jannar 2010
Komponiment Ġenerali
Agħżel titlu wieħed:
-
Is-sena 2010. X’nistenna?
-
L-egoiżmu hu l-għerq ta’ ħajja mimlija konflitt u diżgwid. Taqbel?
|
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – IT-TIENI SENA
Mit-Tnejn 4 ta’ Jannar sal-Ġimgħa 8 ta’ Jannar 2010
Qassar din is-silta fi kliemek f’mhux aktar minn 150 kelma:
Tul is-seklu dsatax ma kienx hemm rabta qawwija bejn it-teatrini u
l-organizzazzjoni tal-knisja kattolika f’pajjiżna. L-identifikazzjoni
tat-teatrin tas-seklu dsatax kienet essenzjalment waħda profana. Jekk
it-teatrini riedu jgħallmu xi ħaġa, din kienet il-moralità ċivili. Huwa biss
lejn il-bidu tas-seklu għoxrin li l-kumpanniji tat-teatrin bdew jinkludu
fir-repertorju tagħhom xi rappreżentazzjonijiet sagri.
Il-kumpanniji tat-teatrin kien jiħtiġilhom jagħtu l-wirjiet tagħhom
lill-istess udjenza ġimgħa wara ġimgħa. Dan kien ifisser li nħoloq għatx
kbir għal materjal ġdid. Id-diretturi, li f’idejhom kellhom it-tmexxija
tal-kumpannnija, kellhom jaħsbu għal dan il-materjal. Ħafna drabi kienu
jiktbu materjal ġdid jew jittraduċu xogħlijiet minn ilsna oħrajn, b’mod
partikulari mit-Taljan. Għalhekk il-figura tad-direttur fil-kumpannija
tat-teatrin kienet importanti ħafna. Minbarra li kellu jieħu ħsieb
il-bżonnijiet tal-kumpannija minn jum għal jum, bħat-trattattivi biex
il-kumpannija jkollha spazju fejn tirreċta u t-taħriġ tal-atturi,
id-direttur kien aktarx il-kittieb ewlieni tal-kumpannija kif ukoll wieħed
mill-atturi primarji. Għallinqas erbgħa mill-ħames kittieba rappreżentati
f’din l-antoloġija kienu wkoll diretturi u atturi.
L-eżistenza ta’ dawn it-teatrini kienet dejjem waħda prekarja. Il-biċċa
l-kbira tagħhom kienu jitwieldu u jmutu f’qasir żmien u jekk noqogħdu fuq
il-kummentaturi kontemporanji, l-arti drammatika ma kienet tkun tilfet xejn.
In-numru ta’ kumpanniji kien kbir wisq biex kollha kemm huma setgħu jsibu
atturi tajbin. Għalhekk ħafna minnhom kellhom jinqdew b’talenti medjokri.
L-udjenza aktarx li kienet tkun l-istess waħda minn ġimgħa għal ġimgħa u
kienet tistenna dejjem materjal ġdid, ukoll jekk l-aspettazzjonijiet tagħha
ma kenux kbar ħafna. Fi staġun ta’ ħamsa u għoxrin ġimgħa jew aktar, meta
kull programm kien jinkludi xi tliet xogħlijiet, ftit kienu dawk li setgħu
jmorru quddiem il-pubbliku tagħhom dejjem b’xogħlijiet ġodda. Il-fatt li
kull ġimgħa kien isir xogħol ġdid kien ifisser li ftit kien hemm ħin
għall-provi, jew “kunċerti”, kif kienu jissejħu. Aktarx li kull xogħol kien
ikollu minn kunċert sa tnejn u l-atturi żgur li ma kenux ikunu jafu l-linji
tagħhom. Fil-fatt wieħed mill-elementi l-aktar important tal-kumpannija kien
is-suġġeritur li kellu prattikament jiddetta l-linji kollha lill-atturi.
Fil-fares, sal-bidu tas-seklu għoxrin, kienet ħaġa komuni li l-atturi jsegwu
nisġa sempliċi u jimprovizzaw id-djalogu kollu. Fil-fatt ir-reklamar kien
ħafna drabi jsemmi l-aħħar parti tas-serata sempliċiment bħala “farsa”,
mingħajr ma jagħti t-titlu jew l-awtur.
(minn Marco Galea, It-Teatru
Malti tas-Seklu Dsatax – L-ewwel volum)
Tista' tikseb kopja mingħand l-Agenda Bookshop |
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – L-EWWEL SENA
Mit-Tnejn 14 ta’ Diċembru sal-Ġimgħa 18 ta’ Diċembru
2009
Qassar f’madwar 100 kelma dan li ġej:
Żmien l-Għerien
Huwa magħruf illi d-dinja fejn ngħixu aħna ilha teżisti għal ħafna miljuni
ta’ snin. Iżda l-istudjużi jgħidu, jew aħjar jikkalkulaw, illi l-Bniedem
deher fuq wiċċ id-dinja ħames mitt elf sena Qabel Kristu.
Jidher illi l-ewwel bnedmin għammru n-naħat ta’ fuq tal-Ewropa, f’postijiet
li llum aħna nafuhom bħala l-Ġermanja, l-Ingilterra u Franza. Għal eluf ta’
snin, dik li aħna llum nafu bħala l-Ewropa kienet art inġazzata, miksija
bis-silġ. Imbagħad, bil-mod, is-silġ u l-kesħa bdew jitbiegħdu u t-temp beda
jitjieb u jsir aktar sħun. Iż-żmien inġazzat li nfirex fuq l-Ewropa f’dawk
iż-żmenijiet bikrin huwa magħruf bħala Żmien is-Silġ.
Maż-żmien, il-Bniedem żviluppa intelliġenza kbira, u tgħallem fejn jgħix
aħjar. Tgħallem jaħdem għodda tal-ġebel biex jikkaċċja, tgħallem iqabbad
in-nar, tgħallem iħit ħwejjeġ għall-għata u saħansitra tgħallem iżejjen
l-għerien, fejn kien jgħix, bil-pittura. Dan kien żmien l-Homo Sapiens,
l-ispeċi tal-Bniedem li l-istudjużi jqisuha bħala l-ispeċi tal-Bniedem
fil-forma tal-lum.
Mhux faċli li wieħed jgħid eżatt f’liema żmien saret l-ewwel pittura; li
nafu hu li bejn is-snin 60,000 u 10,000 Qabel Kristu, il-Bniedem kien jgħix
fl-għerien u jikkaċċja l-bhejjem għall-ikel u għall-għata. Il-bhejjem kienu
ta’ ħtieġa kbira għall-Bniedem ta’ Żmien l-Għerien. Il-Bniedem tal-qedem
kien iqishom bħallikieku “allat” mimlijin b’xi spirtu misterjuż li kif tmut
bhima kien inur jgħix f’xi bhima oħra.
Huwa minħabba din l-importanza li kien jagħti lill-bhejjem li l-Bniedem
tal-qedem kien iżejjen l-għerien tiegħu bi xbihat kbar ta’ barrin, bgħula u
ċriev.
Meta tqis l-eluf kbar ta’ snin li għaddew minn fuq l-ewwel tpinġijiet li
għamel il-Bniedem f’dawn l-għerien, tistagħġeb kif din il-pittura baqgħet
miżmuma tajjeb daqshekk. Fi Franza u Spanja nstabu eżempji ċari ħafna ta’
din l-għamla ta’ pittura. L-immaġini tal-bhejjem hija realistika jew
naturali u l-ilwien użati ġeneralment jagħtu fl-aħmar, fl-isfar u fl-iswed.
Il-Bniedem tal-Għerien kien tgħallem jagħmel l-ilwien mill-ħamrija u
mill-ġmied tal-ħatab wara li jkun tefa n-nar. Minn xi daqqiet kien juża
wkoll xi ftit ikħal jew aħdar, meħudin minn xi xtieli.
(silta meħuda minn "Ċiviltà" ta’ Mario Azzopardi)
Tista' tikseb ukoll kopja mingħand
Agenda Bookshop |
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – IT-TIENI SENA
Mit-Tnejn 14 ta’ Diċembru sal-Ġimgħa 18 ta’ Diċembru
2009
Komponiment Lingwistiku
Agħżel titlu wieħed:
-
Ikteb dwar il-bilingwiżmu f’Malta u dwar il-vantaġġi u l-iżvantaġġi
marbutin miegħu.
-
Il-Malti huwa lsien imħallat għax xorob minn għejun lingwistiċi
differenti. Tkellem dwar dan it-taħlit billi tagħti eżempji kemm
fil-livell lessikali kif ukoll fil-livell grammatikali.
|
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – L-EWWEL SENA
Mit-Tnejn 7 ta’ Diċembru sal-Ġimgħa 11 ta’ Diċembru
2009
Ittra Formali
Agħżel titlu wieħed:
- Ikteb ittra ta’ mhux inqas minn 150
kelma lill-editur ta’ gazzetta li fiha tesprimi l-fehmiet tiegħek dwar
il-problema tal-alkoħol fis-soċjetà Maltija.
(L-Eżami
tal-Matrikola – Livell Avvanzat – Mejju 2009)
- Kontributur f’gazzetta kiteb
hekk: “Min qatt ma qara ktieb f’għomru m’għandux dritt jitkellem.” Ikteb
ittra lill-editur ta’ gazzetta bil-Malti biex tgħid li taqbel jew ma
taqbilx ma’ din l-istqarrija, u għid għaliex.
|
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – IT-TIENI SENA
Mit-Tnejn 7 ta’ Diċembru sal-Ġimgħa 11 ta’ Diċembru
2009
Komponiment Letterarju
Agħżel titlu wieħed:
- Ħafna mill-karattri li niltaqgħu
magħhom f’Ħala taż-Żgħożija ta’ Lino Spiteri jgħaddu minn
esperjenza ta’ tbatija.
- Xejriet ewlenin fl-esperjenza ta’
karattri diversi fin-novelli ta’ Ħala taż-Żgħożija ta’ Lino
Spiteri.
(L-Eżami
tal-Matrikola – Livell Avvanzat – Mejju 2009) |
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – L-EWWEL SENA
Mit-Tnejn 30 ta’ Novembru sal-Ġimgħa 4 ta’ Diċembru
2009
Komponiment Ġenerali
Agħżel titlu wieħed:
- Ir-rwol tiegħek bħala żagħżugħ/a
fis-soċjetà ta’ madwarek.
- Bla ambizzjoni l-bniedem ma kien
javvanza fl-ebda sfera tal-eżistenza tiegħu.
|
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – IT-TIENI SENA
Mit-Tnejn 30 ta’ Novembru sal-Ġimgħa 4 ta’ Diċembru
2009
Komponiment Letterarju – Il-Gaġġa
Agħżel titlu wieħed:
- Billi tirreferi għar-rumanz Il-Gaġġa,
iddiskuti r-relazzjonijiet li Fredu kellu mal-membri tas-soċjetá ta’
madwaru.
- Hemm persuna waħda li Fredu Gambin
iħobb tassew: jisimha Fedu Gambin! Agħti l-opinjoni tiegħek dwar dan
il-ġudizzju.
|
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – L-EWWEL SENA AVVANZAT
Mit-Tnejn 23 ta’ Novembru
sal-Ġimgħa 27 ta’ Novembru 2009
Komponiment Ġenerali
Agħżel titlu wieħed:
-
Il-paċi fid-dinja. Tgħid għad naslu għaliha?
-
Il-vantaġġi u l-iżvantaġġi li wieħed jgħix fi gżira.
|
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – IT-TIENI SENA AVVANZAT
Mit-Tnejn 23 ta’ Novembru
sal-Ġimgħa 27 ta’ Novembru 2009
Kritika Letterarja
Agħmel analiżi kritika ta’ waħda minn dawn iż-żewġ poeżiji li jinsabu f’Il-Poeżija
Maltija ta’ Oliver Friggieri:
|
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – L-EWWEL SENA
Navżakom li fil-ġimgħa ta’ bejn is-16 u l-20 ta’ Novembru mhux se jsiru
tutorials.
It-tutorials li jmiss ikunu fil-ġimgħa tal-wara, jiġifieri bejn it-23 u s-27
ta’ Novembru. |
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – IT-TIENI SENA
Navżakom li fil-ġimgħa ta’ bejn is-16 u l-20 ta’ Novembru mhux se jsiru
tutorials.
It-tutorials li jmiss ikunu fil-ġimgħa tal-wara, jiġifieri bejn it-23 u s-27
ta’ Novembru. |
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – L-EWWEL SENA AVVANZAT
Mit-Tnejn 9 ta’ Novembru
sal-Ġimgħa 13 ta’ Novembru 2009
Taqsira - Qassar din is-silta f’madwar 100
kelma
L-Effetti tal-Gwerra fuq Pajjiżna
Il-ħames snin tal-gwerra qalbu Malta ta’ taħt
fuq. Bliet imwaqqgħa, eluf ta’ nies li tilfu darhom u li kienu qegħdin
jgħixu ma’ nieshom, ma’ ħbiebhom jew mal-barranin. Nies li f’ħames snin bħal
dawk kienu xjieħu. Tfal li kienu saru ġuvintur u xebbiet li kienu raw minn
kollox. Nies li għamlu l-flus, u nies li fqaru. Tfajliet impjegati bl-eluf.
Ħafna oġġetti li kienu għadhom razzjonati. U d-diskors tan-nies, il-mod kif
kienu saru jirraġunaw, b’mod speċjali ż-żgħażagħ, ma kienx dak tas-soltu,
dak li ħames snin qabel kont imdorri għalih. Kulħadd kellu l-kelma
“drittijiet” f’ħalqu. Drittijiet ta’ Malta fuq l-Ingilterra, drittijiet ta’
dawk li servew fil-gwerra li jsibu x-xogħol, drittijiet tan-nisa, drittijiet
għall-vot, drittijet tal-ħaddiema, drittijiet tal-konsumaturi, drittijiet
tal-Unions, drittijiet ta’ dawk li m’għandhomx dar, drittijiet tas-sidien li
tilfu l-bini tagħhom.
“Ma ninsewx,” qal qassis fi prietka li nzertajt, “li Alla ukoll għandu
d-drittijiet tiegħu. Diġà donna nsejna kemm tlabnieh u kemm-il darba ħelisna
mill-mewt.”
Ir-reliġjon, bla dubju xejn, kienet sostniet
il-poplu tagħna fl-agħar provi tal-gwerra. Imma donnu kien qiegħed jiġri,
bħala reazzjoni psikoloġika għal dik it-tensjoni kollha, illi n-nies riedet
tixxala, riedet tinsa, riedet tgawdi l-ħajja li kienet bħal reġgħet sabet.
Wara s-snin fix-xelters u fil-biża’, dejjem diskors wieħed ta’ ħsara, ta’
feruti u ta’ mejtin, in-nies bħal ħarġet tixxaħxaħ fix-xemx. Kellha fiha
l-gost tal-ħajja. U bħal ħalliet ruħha tintelaq, kultant ftit iżżejjed, għal
dak il-gost.
Matul il-gwerra ukoll, kif bdejt nisma’, mhux
kulħadd irreaġixxa l-istess. Il-parti l-kbira tan-nies bħal daħlet
f’qoxritha, talbet kemm felħet, stinkat biex tirbaħ il-ġuħ u l-biża’ u
qagħdet bi kwietha. Ħafna oħrajn, speċjalment iż-żgħażagħ, ħassew f’dawk
is-snin tal-gwerra jiġri f’demmhom l-ispirtu ta’ l-avventura. Sfidaw
il-perikoli, innamraw kemm felħu, ħassew aktar il-ġibda lejn il-ħajja. Ħafna
fizzjali u suldati Ingliżi u Maltin, numru kbir ta’ piloti, li kienu ta’
kuljum jaraw il-mewt, nies tal-baħar, fittxew kemm felħu lit-tfajliet kważi
bi dritt, għax kienu jħossu fis-subkonxju tagħhom li kienu qegħdin
jipperikolaw ħajjithom għalihom. It-tfajliet ħabbew ħafna drabi lil nies li
kienu jafu li l-għada jew il-pitgħada kienu jmutu. U bħal għexu
għall-ġurnata. Il-libertà li ġiebu l-impiegi, in-nuqqas ta’ trasport,
id-dlamijiet, it-taħlit, l-evakwazzjoni ħarbtu d-dixxiplina u l-għaqal ta’
eluf ta’ familji Maltin.
(minn Rajt Malta Tinbidel,
Vol. III, ta’ Herbert Ganado)
Ikseb kopja mingħand l-Agenda Bookshop |
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – IT-TIENI SENA AVVANZAT
Mit-Tnejn 9 ta’ Novembru
sal-Ġimgħa 13 ta’ Novembru 2009
Komponiment Letterarju
Agħżel titlu wieħed:
-
Diversi aspetti tan-natura jispiraw lil xi poeti tal-Ewwel Nofs tas-Seklu
Għoxrin. Iddiskuti dan b’referenza għall-poeżiji li studjajt.
(L-Eżami tal-Matrikola – Livell
Avvanzat – Mejju 2009)
-
Billi tirreferi għall-poeżiji li studjajt, ikkummenta dwar kif il-poeti
tal-Ewwel Nofs tas-Seklu Għoxrin jesprimu l-esperjenzi reliġjużi li
ltaqgħu magħhom ħajjithom.
|
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – L-EWWEL SENA AVVANZAT
Mit-Tnejn 2 ta’ Novembru
sal-Ġimgħa 6 ta’ Novembru 2009
Ittra Formali
Agħżel titlu wieħed:
-
Bħalissa għaddejja polemika fil-gazzetti lokali dwar id-divorzju. Ikteb
ittra lill-editur ta’ gazzetta bil-Malti biex turi kif taħsibha fuq dan.
-
Bħalissa għaddejja polemika fil-gazzetti lokali dwar il-marċ nhar jum
il-festa tar-raħal. Ikteb ittra lill-editur ta’ gazzetta bil-Malti biex
turi kif taħsibha fuq dan.
L-ittra għandha tkun twila bejn 150 u 200 kelma. |
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – IT-TIENI SENA AVVANZAT
Mit-Tnejn 2 ta’ Novembru
sal-Ġimgħa 6 ta’ Novembru 2009
Komponiment Letterarju
Agħżel titlu wieħed:
-
Il-poeti tal-Ewwel Nofs tas-seklu Għoxrin, b’mod miftuħ, juru li għandhom
għal qalbhom l-Identitá tat-Poplu Malti. B’eżempji mill-poeżiji li
studjajt iddiskuti kif dawn il-poeti jagħmlu dan.
-
“Il-ħajja hi mifhuma bħala nisġa ta’ tbatijiet immexxijin mil-liġi suprema
taż-żmien li jħassar u jeqred kollox.” Iddiskuti b’referenza
għax-xogħlijiet li studjajt minn Il-Poeżija Maltija.
(L-Eżami tal-Matrikola – Livell
Avvanzat – Settembru 2003) |
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – L-EWWEL SENA AVVANZAT
Mit-Tnejn 26 ta’
Ottubru sal-Ġimgħa 30 ta’ Ottubru 2009
Komponiment Ġenerali
Agħżel titlu wieħed:
-
X’nixtieq nirranġa fl-ambjent Malti.
-
Fuq l-edukazzjoni jinbena kull progress
|
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – IT-TIENI SENA AVVANZAT
Mit-Tnejn 26 ta’ Ottubru sal-Ġimgħa 30 ta’ Ottubru
2009
Komponiment Ġenerali
Agħżel titlu wieħed:
-
Id-divertiment
-
Is-sabiħ tal-ħajja żagħżugħa
|
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – L-EWWEL SENA AVVANZAT
Mit-Tnejn 19 ta’ Ottubru sal-Ġimgħa 23 ta’ Ottubru
2009
Komponiment Ġenerali
Agħżel titlu wieħed:
-
Ħajti tiegħi u nagħmel li rrid!
-
Il-qawwa tal-kelma.
|
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – IT-TIENI SENA AVVANZAT
Mit-Tnejn 19 ta’ Ottubru sal-Ġimgħa 23 ta’ Ottubru
2009
Komponiment Ġenerali
Agħżel titlu wieħed:
-
Is-sens komun mhuwiex daqstant komuni!
-
“Mitlufin kif kienu fuq il-kompjuter ma semgħux ….” Kompli dar-rakkont
|
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – L-EWWEL SENA AVVANZAT
Mit-Tnejn 12 ta’ Ottubru sal-Ġimgħa 16 ta’ Ottubru
2009
Qabel xejn: MERĦBA f’ismi u f’isem l-istaff kollu.
U issa, għax-xogħol …
Komponiment Ġenerali
Agħżel titlu wieħed:
-
Radjijiet, stazzjonijiet tat-televixin, gazzetti. Taħseb li qed ikunu
t’għajnuna biex il-poplu Malti jimmatura?
-
Iddeskrivi inċident li seħħ minħabba l-abbuż.
(MATSEC, Livell Intermedju, Mejju
2002)
Is-Sur David Calleja
Kap tad-Dipartiment tal-Malti |
|
|
|
|
|
|
|
TUTORIAL – IT-TIENI SENA AVVANZAT
Mit-Tnejn 12 ta’ Ottubru sal-Ġimgħa 16 ta’ Ottubru
2009
Qabel xejn: MERĦBA f’ismi u f’isem l-istaff kollu.
U issa, għax-xogħol …
Komponiment Ġenerali
Agħżel titlu wieħed:
-
L-aħjar tpattija hija l-maħfra.
-
L-imħabba għal pajjiżna għadha teżisti?
(MATSEC, Livell Intermedju 2002) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
F'idejn is-Sur David Calleja |
|